Il-Papa jiltaqa’ mat-tieni grupp ta’ abbatini Maltin

  • Grupp ieħor ta’ abbatini Maltin iltaqgħu mal-Papa Franġisku quddiem ir-Residenza ta' Santa Marta, ilbieraħ, il-Ħadd 18 ta' Awwissu. Wara li sellem lil kull abbati, il-Papa xtaq li jieħdu ritratt flimkien.

    Il-Papa qal, “Kemm huma kwieti dawn l-abbatini!”

    Ir-Rettur tal-Preseminario, Don Angelo Magistrelli, wieġbu: “Sakemm titlaq inti!”

    Iż-żjara tal-Abbatini fil-Vatikan kienet organizzata minn Dun Frans Bonnici, Dun Mark Ellul u s-seminarista Matthew Borg.