Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f'Settembru 2019

  • Il-Ħadd, 1 ta’ Settembru, fil‑11:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar.

    Is-Sibt, 7 ta’ Settembru, fis-6:00 p.m., lejlet il‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni tar-relikwa u wara jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa.

    Il‑Ħadd 8 ta’ Settembru, fl‑10:00 a.m., festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fil-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu.

    Is-Sibt 21 ta’ Settembru, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali f’Jum l‑Indipendenza, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il-Ħadd 22 ta’ Settembru, fil-5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Madonna tal-Mellieħa, fil-bitħa tas-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa.

    Il-Ħadd 29 ta’ Settembru, fil-11:00 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-Istitut Adelaide Cini, Santa Venera.