• Grupp ta’ 15-il żagħżugħ u żagħżugħa ġejjin mill-Azzjoni Kattolika ta’ Malta, ir-Rumanija u l-Italja ltaqgħu għal kors ta’ taħriġ ta’ erbat ijiem, li kien intenzjonat jgħinhom fl-involviment tagħhom u l-volontarjat li huma jwettqu maż-żgħażagħ.

    Dan is-seminar, bl-isem ta’ OWLS (Opportunities + Willingness + Learning = Success) sar ġewwa Iasi, fir-Rumanija bejn l-20 u l-24 t’Awwissu. Dan is-seminar kien il-ħames u l-aħħar parti ta’ proġett ħafna ikbar li involva madwar 100 żgħażagħ li beda fl-2018 fl-Italja u kompla iktar kmieni din is-sena f’Malta stess. Dan il-proġett kien possibli grazzi għall-fondi tal-Erasmus+ tal-Unjoni Ewropea.

    Il-kors ta’ taħriġ serva biex jgħin liż-żgħażagħ jiksbu għodda u metodoloġiji li jistgħu jintużaw fil-gruppi tagħhom, minbarra li komplew jinbnew il-pontijiet bejn żgħażagħ differenti fl-Azzjoni Kattolika.