L-Evanġelju tal-jum: 2 ta' Ottubru

  • L-Anġli Kustodji Mqaddsa 
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 23, 20-23a
    Salm: 90, 1-6.10-11

    L-Evanġelju: Mt 18, 1-5.10

  • F’dak iż-żmien: Resqu d-dixxpli lejn Ġesù u staqsewh: “Min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom, u qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.

    U għalhekk l-akbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir. U kull min jilqa’ tfajjel bħal dan minħabba f’ismi, jkun jilqa’ lili. Araw li ma tonqsux mill-istima lejn xi wieħed minn dawn iż-żgħar: għax, ngħidilkom, l-anġli tagħhom fis-smewwiet dejjem jaraw wiċċ Missieri li hu fis-smewwiet.”