L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Marzu

San Ġużepp, l-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7:4-5a,12-14a,16
Salm: 88:2-5,27,29
It-Tieni Qari: Rum 4:13,16-18,22

L-Evanġelju: Mt 1:16,18-21,24a (jew jista’ jinqara: Lq 2:41-51a)

Ġakobb nissel ’il Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu Kristu. It-tnissil ta’ Ġesù Kristu sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, ħarġet tqila bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 13:1-9,15-17,19-30,33-62
Salm: 22 (23):1-3a,3b-4,5,6

L-Evanġelju: Ġw 8:1-11

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imma l-għada qabel is-sebħ raġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom.

Imbagħad il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma qegħduha fin-nofs u qalulu: “Mgħallem, din il-mara nqabdet fil-fatt fl-adulterju. ssa fil-Liġi tagħna Mosè ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Marzu

Il-Ħames Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 31:31-34
Salm: 50 (51):3-4,12-13,14-15
It-Tieni Qari: Lhud 5:7-9

L-Evanġelju: Ġw 12:20-33

F’dak iż-żmien, fost dawk li telgħu biex iqimu lil Alla fil-festa kien hemm xi Griegi. Dawn marru għand Filippu li kien minn Betsajda tal-Galilija, u talbuh: “Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù.”

Filippu mar jgħid lil Indrì, u mbagħad Indrì u Filippu marru jgħidu lil Ġesù… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 11:18-20
Salm: 7:2-3,9bċ-10,11-12

L-Evanġelju: Ġw 7:40-53

F’dak iż-żmien, meta xi wħud min-nies semgħu kliem Ġesù, qalu: “Tassew dan hu l-Profeta.” Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija.” Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?” Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 2:1a,12-22
Salm: 33 (34):17-18,19-20,21,23

L-Evanġelju: Ġw 7:1-2,10,25-30

F’dak iż-żmien, Ġesù baqa’ jdur fil-Galilija, għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh. Kienet qorbot għal-Lhud il-festa tal-Għerejjex. Wara li ħutu telgħu għall-festa tela’ hu wkoll, mhux bid-dieher, imma bil-moħbi. Xi wħud min-nies ta’ Ġerusalemm qalu: “Dan mhuwiex dak li qegħdin ifittxuh biex joqtluh? Araw, b’wiċċu minn quddiem qiegħed jitkellem, u ħadd ma hu jgħidlu xejn… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 32:7-14
Salm: 105 (106):19-20,21-22,23

L-Evanġelju: Ġw 5:31-47

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Kieku jien kelli nagħti xhieda fuqi nnifsi, ix-xhieda tiegħi ma kinitx tkun minnha. Hemm ħaddieħor li jagħti xhieda fuqi, u jiena naf li x-xhieda li jagħti fuqi hu hi minnha.

Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità. Mhux għax jien għandi bżonn ix-xhieda ta’ bniedem, imma qiegħed ngħidilkom dan għas-salvazzjoni tagħkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 49:8-15
Salm: 144 (145):8-9,13ċd-14,17-18

L-Evanġelju: Ġw 5:17-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-ġemgħa tal-Lhud: “Missieri għadu jaħdem sa issa; mela naħdem jien ukoll.” U minħabba f’hekk il-Lhud wisq iżjed minn qabel bdew ifittxu li joqtluh, mhux biss għax kien jikser is-Sibt, imma wkoll għax lil Alla kien jgħidlu Missieru u jqis ruħu daqs Alla.

Ġesù qabad u qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom li l-Iben ebda ħaġa ma jista’ jagħmel minn rajh jekk ma jarax lil Missieru jagħmilha; għax il-ħwejjeġ li jagħmel il-Missier, jagħmilhom l-Iben ukoll, bħalu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 47:1-9,12
Salm: 45 (46):2-3,5-6,8-9

L-Evanġelju: Ġw 5:1-3a,5-16

Wasal jum ta’ festa għal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. F’Ġerusalemm, maġenb il-menqgħa tal-Bieb tan-Nagħaġ, hemm bini b’ħames loġoġ, li bil-Lhudi jgħidulu Betzata. F’dawn il-loġoġ kienet toqgħod kotra ta’ morda, għomja, zopop u mifluġin.

U kien hemm raġel li kien ilu tmienja u tletin sena marid. Ġesù rah qiegħed hemm, u meta sar jaf li kien ilu marid dak iż-żmien kollu qallu: “Trid tfiq?” Wieġbu l-marid: “Sinjur, ma għandix min jitfagħni fil-menqgħa xħin jitqanqal l-ilma, għax waqt li nkun sejjer jien ħaddieħor jinżel qabli.” Qallu Ġesù: “Qum, aqbad friexek u imxi!” Minnufih dak ir-raġel fieq, qabad friexu u beda miexi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 65:17-21
Salm: 29 (30):2,4,5-6,11-12a,13b

L-Evanġelju: Ġw 4:43-54

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq mis-Samarija lejn il-Galilija; għax Ġesù stess xehed li profeta ma għandux ġieħ f’pajjiżu. Mela meta wasal il-Galilija, il-Galilin laqgħuh tajjeb billi lkoll raw kulma kien għamel f’Ġerusalemm f’jum il-festa, għax huma wkoll kienu marru għall-festa.

U raġa’ ġie f’Kana tal-Galilija, fejn kien biddel l-ilma fi nbid… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Marzu

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kron 36:14-16,19-23
Salm: 136 (137):1-2,3,4-5,6
It-Tieni Qari: Ef 2:4-10

L-Evanġelju: Ġw 3:14-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem,biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.

Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »