L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 9:1-20
Salm: 116 (117):1.2

L-Evanġelju: Ġw 6:52-59

F’dak iż-żmien, il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 8:26-40
Salm: 65 (66):8-9,16-17,20

L-Evanġelju: Ġw 6:44-51

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti: ‘U kulħadd ikun mgħallem minn Alla.’ Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 8:1b-8
Salm: 65 (66):1-3a,4-5,6-7a

L-Evanġelju: Ġw 6:35-40

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx! Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux. Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 7:51 – 8:1a
Salm: 30 (31):3ċd-4, 6ab u 7b u 8a, 17 u 21ab

L-Evanġelju: Ġw 6:30-35

F’dak iż-żmien, in-nies staqsew lil Ġesù: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: ‘Tahom jieklu ħobż mis-sema.’”

Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja.”

Qalulu huma: “Sinjur, agħtina dejjem minn dan il-ħobż.” Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6:8-15
Salm: 118 (119):23-24,26-27,29-30

L-Evanġelju: Ġw 6:22-29

L-għada li Ġesù mexa fuq il-baħar, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 14 ta’ April

It-Tielet Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 3:13-15,17-19
Salm: 4:2,4,7,9
It-Tieni Qari: 1 Ġw 2:1-5a

L-Evanġelju: Lq 24:35-48

F’dak iż-żmien, iż-żewġ dixxipli li reġgħu lura Ġerusalemm minn Għemmaws kienu qegħdin itarrfu lill-Ħdax u lil dawk li kienu magħħom xi ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż!

Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6:1-7
Salm: 32 (33):1-2,4-5,18-19

L-Evanġelju: Ġw 6:16-21

Xħin sar filgħaxija, id-dixxipli ta’ Ġesù niżlu ħdejn il-baħar, rikbu dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor tal-baħar, lejn Kafarnahum.Kien ġa dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom. Il-baħar kien qam sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi.

Mela wara li kienu qadfu xi ħamsa u għoxrin jew tletin stadju, raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5:34-42
Salm: 26 (27):1,4,13-14

L-Evanġelju: Ġw 6:1-15

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud.

Ġesù rafa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?” Dan qalhulu biex jippruvah, għaliex hu kien jaf x’sejjer jagħmel… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5:27-33
Salm: 33 (34):2 u 9,17-18,19-20

L-Evanġelju: Ġw 3:31-36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Dak li hu ġej minn fuq hu fuq kulħadd; min hu mill-art hu tal-art u jgħid ħwejjeġ tal-art; dak li hu ġej mis-sema hu fuq kulħadd u jixhed dak li ra u sama’; imma x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha. Min ikun laqa’ x-xhieda tiegħu jkun wettaq li Alla hu l-verità… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5:17-26
Salm: 33 (34):2-3,4-5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Ġw 3:16-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla… Kompli aqra »