L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju f’Ħamis ix-Xirka: 28 ta’ Marzu

Ħamis ix-Xirka – Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 61:1-3a,6a,8b,9
Salm: 88(89):21-22,25,27
It-Tieni Qari: Apok 1:5-8

L-Evanġelju: Lq 4:16-21

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie f’Nazaret, fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Iżaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej:
“L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,
għax hu kkonsagrani… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 50:4-9a
Salm: 68 (69):8-10,21bċd-22,31 u 33-34

L-Evanġelju: Mt 26:14-25

F’dak iż-żmien, wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?” U huma tawh tletin biċċa talfidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biexjagħtihom lil Ġesù f’idejhom.

Fl-ewwel jum tal-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: “Fejn tridna nħejjulek l-ikla tal-Għid?” U hu qalilhom: “Morru l-belt għand it-tali, u għidulu: “Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla tal-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi.”

Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla tal-Għid… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 49:1-6
Salm: 70 (71):1-2,3-4a,5-6ab,15 u 17

L-Evanġelju: Ġw 13:21-33,36-38

F’dak iż-żmien, waqt li kien fil-mejda mad-dixxipli tiegħu, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini.” Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu ma’ sider Ġesù… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 42:1-7
Salm: 26 (27):1,2,3,13-14

L-Evanġelju: Ġw 12:1-11

Sitt ijiem qabel il-festa tal-Għid, Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma’ Ġesù. Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur, tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, imbagħad ixxttathomlu b’xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ… Kompli aqra »

L-Evanġelju ta’ Ħadd il-Palm: 24 ta’ Marzu

Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 50:4-7
Salm: 21 (22):8-9,17-18a,19-20,23-24
It-Tieni Qari: Fil 2:6-11

L-Evanġelju:  Mt 26:14 – 27:66

I

K F’dak iż-żmien, wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom:

S “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?”

K U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 37:21-28
Salm: Ġer 31:10,11-12ab,13

L-Evanġelju: Ġw 11:45-56

F’dak iż-żmien, ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija, oħt Lazzru, u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù. Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: “X’sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali. Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd jemmen fih, u jiġu r-Rumani, u jeqirdulna kemm it-tempju u kemm il-ġens tagħna.”

Imma wieħed minnhom, Kajfa, li kien il-qassis il-kbir dik is-sena, qalilhom: “Intom ma tafu xejn… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Marzu

Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 20:10-13
Salm: 17 (18):2-3a,3bċ-4,5-6,7 

L-Evanġelju: Ġw 10:31-42

F’dak iż-żmien, il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex iħaġġru lil Ġesù. Imma Ġesù qalilhom: “Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?” Weġbuh il-Lhud: “Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m’intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla.”

Qalilhom Ġesù: “Fil-Liġi tagħkom ma hemmx miktub: ‘Jiena għedt: Intom allat’? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 17:3-9
Salm: 104 (105):4-5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Ġw 8:51-59

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Tassew tassew ngħidilkom li min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt.”

Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid: ‘Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt.’ Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 3:14-20,91-92,95
Salm: Dan 3:52,53-54,55-56

L-Evanġelju: Ġw 8:31-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom.” Qalulu: “Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?”

Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Marzu

San Ġużepp, l-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7:4-5a,12-14a,16
Salm: 88:2-5,27,29
It-Tieni Qari: Rum 4:13,16-18,22

L-Evanġelju: Mt 1:16,18-21,24a (jew jista’ jinqara: Lq 2:41-51a)

Ġakobb nissel ’il Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu Kristu. It-tnissil ta’ Ġesù Kristu sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, ħarġet tqila bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »