L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 7:51 – 8:1a
Salm: 30 (31):3ċd-4, 6ab u 7b u 8a, 17 u 21ab

L-Evanġelju: Ġw 6:30-35

F’dak iż-żmien, in-nies staqsew lil Ġesù: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: ‘Tahom jieklu ħobż mis-sema.’”

Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja.”

Qalulu huma: “Sinjur, agħtina dejjem minn dan il-ħobż.” Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6:8-15
Salm: 118 (119):23-24,26-27,29-30

L-Evanġelju: Ġw 6:22-29

L-għada li Ġesù mexa fuq il-baħar, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 14 ta’ April

It-Tielet Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 3:13-15,17-19
Salm: 4:2,4,7,9
It-Tieni Qari: 1 Ġw 2:1-5a

L-Evanġelju: Lq 24:35-48

F’dak iż-żmien, iż-żewġ dixxipli li reġgħu lura Ġerusalemm minn Għemmaws kienu qegħdin itarrfu lill-Ħdax u lil dawk li kienu magħħom xi ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż!

Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6:1-7
Salm: 32 (33):1-2,4-5,18-19

L-Evanġelju: Ġw 6:16-21

Xħin sar filgħaxija, id-dixxipli ta’ Ġesù niżlu ħdejn il-baħar, rikbu dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor tal-baħar, lejn Kafarnahum.Kien ġa dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom. Il-baħar kien qam sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi.

Mela wara li kienu qadfu xi ħamsa u għoxrin jew tletin stadju, raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5:34-42
Salm: 26 (27):1,4,13-14

L-Evanġelju: Ġw 6:1-15

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud.

Ġesù rafa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?” Dan qalhulu biex jippruvah, għaliex hu kien jaf x’sejjer jagħmel… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5:27-33
Salm: 33 (34):2 u 9,17-18,19-20

L-Evanġelju: Ġw 3:31-36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Dak li hu ġej minn fuq hu fuq kulħadd; min hu mill-art hu tal-art u jgħid ħwejjeġ tal-art; dak li hu ġej mis-sema hu fuq kulħadd u jixhed dak li ra u sama’; imma x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha. Min ikun laqa’ x-xhieda tiegħu jkun wettaq li Alla hu l-verità… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5:17-26
Salm: 33 (34):2-3,4-5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Ġw 3:16-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4:32-37
Salm: 92 (93):1ab,1c-2,5

L-Evanġelju: Ġw 3:7b-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “La tistagħġibx jekk jiena għedtlek li jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid. Ir-riħ fejn irid jonfoħ; tisma’ ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu sejjer. Hekk jiġri minn kull min jitwieled mill-Ispirtu.” “Kif qatt jista’ jkun dan?”, raġa’ qallu Nikodemu.

U Ġesù qallu: “Inti mgħallem f’Iżrael u dan ma tafux? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ April

It-Tħabbira tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 7:10-14; 8:10
Salm: 39:7-11
It-Tieni Qari: Lhud 10:4-10

L-Evanġelju: Lq 1:26-38

F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.”

Għal dan il-kliem tħawdet, u bdiet titħasseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet tfisser dik it-tislima… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ April

Il-Ħadd tal-Ħniena Divina
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4:42-47
Salm: 117(118):2-4,13-15,22-24
It-Tieni Qari: 1 Ġw 5:1-6

L-Evanġelju: Ġw 20:19-31

Dakinhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom.” Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »