L-Isqof Awżiljarju jżur wieħed mill-flats rinovati tad‑Dar tal‑Providenza
25/04/2024L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi kien mistieden iżur wieħed mill‑flats f’Villa Papa Giovanni, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi, fejn sar xogħol kbir ta’ rinovar biex ir‑residenti jkollhom ambjent aktar dinjituż fejn jgħixu. Huwa kellu wkoll l‑opportunità jqaddes quddiesa lir‑residenti u l‑ħaddiema tad‑Dar.
Fost ix‑xogħlijiet li saru kien hemm xogħol strutturali biex kull resident ikollu kamra tal‑banju ma’ kamartu, tibdil fis‑sistema kollha tad‑dawl u xogħol li jħares is‑saħħa u s‑sigurtà tar‑residenti… Kompli aqra »