L-Aħbarijiet

Il-Knejjes f’Ġerusalemm itennu s-sejħa għall-paċi fl-Art Imqaddsa

Photo by Laura Siegal on Unsplash

In their annual joint Easter message the Patriarchs and Heads of Churches in Jerusalem encouraged the faithful, especially those suffering war in the Holy Land and elsewhere, to fix their gaze on the Resurrection of Jesus which tells us that even in the midst of darkness all death is trampled by His death.

The Easter message of hope 

The Easter message of hope in the resurrection, they said “not only confirms Christ’s triumph over sin and death, but also promises salvation to those who come to our Lord in faith with penitent hearts.”

Referring specifically to the ongoing war between Israel and Hamas, the Christian leaders of Jerusalem, once again decried all the violent actions targeting innocent civilians and reiterated  their call for an immediate and sustained ceasefire… Kompli aqra »

L-Arċisqof jisħaq fuq ir-rwol importanti tal-ministri tat-tqarbin fil-Knisja

L‑Arċisqof Charles Scicluna rringrazzja lill‑ministri straordinarji tat‑tqarbin għad‑dedikazzjoni u s‑servizz tagħhom fil‑parroċċi u f’komunitajiet oħra. Huwa għamel dan f’Ħamis ix‑Xirka, il‑ġurnata li fiha Ġesù Kristu waqqaf is‑sagrament tal‑Ewkaristija waqt l‑Aħħar Ċena.

F’ittra mibgħuta lill‑ministri kollha tat‑tqarbin fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta, l‑Arċisqof qal li l‑missjoni tagħhom hi ferm importanti għall‑Knisja. Dan għaliex mhux biss joffru servizz waqt iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi, iżda wkoll iwasslu lil Ġesù Ewkaristija lill‑morda u lil dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux joħorġu minn darhom… Kompli aqra »

Live: Quddies tat-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej – 28 ta’ Marzu 2024, 6:00pm

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Nippreparaw għall-Ġublew li jmiss

Kors qasir mill-Istitut Pastorali għall-Formazzjoni

L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali qed jingħaqad mal-Knisja dinjija fil-preparamenti għall-Ġublew tat-Tama li se jsir is-sena d-dieħla permezz tal-kors qasir ‘The Jubilee – Pilgrims of Hope’. Permezz tiegħu se niskopru l-oriġini Bibliċi tal-kliem ‘ġublew’, ‘pellegrinaġġ’ u ‘tama’. Flimkien mal-letturi, Dr Joseph Ciappara u Dun Gilbert Scicluna, se naraw l-oriġini ta’ dawn il-kunċetti fl-Iskrittura Mqaddsa u fl-ewwel komunitajiet Insara. Ser nesploraw it-tama fil-kitbiet tal-Papa Benedittu XVI u l-katekeżimu tal-Papa Franġisku… Kompli aqra »

Avviż

Minn nhar il‑Ħamis, 28 ta’ Marzu 2024, il‑Kurja tal‑Arċisqof u l-Uffiċċju Żwiġijiet fil‑Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, se jkunu magħluqa għall‑festi tal‑Għid.

Il-Kurja tal-Arċisqof, l‑Uffiċċju Żwiġijiet u t‑Tribunal Ekkleżjastiku jerġgħu jiftħu nhar it-Tlieta, 2 ta’ April 2024. Kompli aqra »

Proġett ta’ restawr iwassal għal informazzjoni ġdida dwar il-Via Sagra f’Ta’ Ġieżu

14-il pittura tal-Via Sagra, li jinsabu fil-Knisja Santa Marija ta’ Ġesù, magħrufa wkoll bħala tal-Ġieżu, fil-Belt Valletta, ingħataw ħajja ġdida bħala parti minn proġett ta’ restawr u konservazzjoni li sar fuqhom.

Ir-restawr kien mifrux fuq 11-il xahar u wassal biex instabet informazzjoni ġdida dwar din il-Via Sagra, fosthom għax studju li sar fuqha wassal biex ir-restawraturi setgħu jattribwixxu xi pitturi lil Francesco Zahra u Gian Nicola Buhagiar, li huma żewġ artisti prominenti Maltin… Kompli aqra »

Il-Ġimgħa Mqaddsa fl-Art Imqaddsa: il-maħfra hi l-uniku triq għall-paċi

As Christians enter the holiest part of the year, the Auxiliary Bishop of the Latin Patriarchate of Jerusalem talks to Vatican News about the Easter celebrations in the Holy Land, amidst ongoing violence and conflict, and calls for forgiveness to move towards peace.

Against the backdrop of the ongoing war between Israel and Hamas, Holy Week will be celebratory but not as festive as usual in the Holy Land… Kompli aqra »

Irrestawrata l-faċċata tal-Knisja tal-Franġiskani ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta

Il-faċċata tal-Knisja tal-Franġiskani ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta ġiet irrestawrata u nawgurata sabiex titgawda fis-sbuħija kollha tagħha għal żmien ir-Randan u l-Għid b’interventi li jinkludu x-xogħol ta’ tindif, bdil ta’ ġebel, tikħil u mili tal-fili skont il-bżonn.

Ix-xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja beda f’Ottubru tal-2022 fi Triq Sant’Ursula sar b’attenzjoni kbira sabiex ma jkunx hemm ħsara fuq il-ġebla oriġinali. Ix-xogħol beda bit-tneħħija taż-żebgħa, kisi bis-siment u tikħil fuq il-faċċata… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof fil-Ġimgħa Mqaddsa

L‑Arċisqof Charles Scicluna jistieden lill‑Insara biex jieħdu sehem fiċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑Ġimgħa Mqaddsa li matulhom il‑Knisja Kattolika tfakkar il‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. F’dawn il‑jiem qaddisa, l‑Arċisqof se jippresiedi ċ‑ċelebrazzjonijiet li se jsiru fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta. Dawn se jixxandru b’mod dirett fuq TVM, TVMNews+, l‑istazzjon tar‑radju RTK103, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Nhar il‑Ħadd li ġej, 24 ta’ Marzu, fid‑9:30am, l‑Arċisqof imexxi ċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm, bit‑tberik tal‑friegħi taż‑żebbuġ u l‑palm, u wara jkompli bil‑quddiesa li fiha jinqara r‑rakkont tal‑Passjoni tal‑Mulej… Kompli aqra »