L-Aħbarijiet

Jiġri 100km u jiġbor aktar minn €6,000 għall-Caritas

Nhar il-Ħadd 7 ta’ April, Miguel Mifsud temm b’suċċess il-ġirja ta’ 100KM madwar il-kosta ta’ Malta. Il-ġirja ta’ 100km Miguel irnexxielu jagħmilha fi 11:13:08  b’pass ta’ 6.43 minuti/km.

Ilbieraħ Miguel iltaqa’ mad-Direttur ta’ Caritas Malta, is-Sur Anthony Gatt, biex ippreżenta d-donazzjoni ta’ €6,100 li nġabru b’għan altruwista bħala ġest biex jagħti lura lin-nies fil-bżonn li huma mgħejjuna minn din l-organizzazzjoni. Fil-passat Miguel għamel żmien ta’ riabilitazzjoni fiċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas biex jikseb ħajtu lura minn dipendenza ta’ numru ta’ snin fuq sustanzi… Kompli aqra »

Live: L-ordinazzjoni ta’ tliet saċerdoti ġodda – 20 ta’ April 2024, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jiltaqa’ ma’ 6,000 żagħżugħ biex jiddiskuti kif niksbu l-paċi fid-dinja

On 19th April 2024, Pope Francis will welcome 6,000 participants of the Schools of Peace, an initiative of the Community of Sant’Egidio that brings together children, young people and teachers from different parts of Italy.

The goal of the meeting is to build a commitment for peace among the younger generations. At a time when war abounds, the Schools of Peace propose “to look at the future without fear and to transform it.”

This will be the third time that the group will meet with the Pope… Kompli aqra »

Taħdita fuq it-tagħlim tal-papiet dwar l-ambjent mill-Prof. Tonio Borg

Centesimus Annus Pro Pontifice qed tistieden lill-pubbliku għal taħdita mmexxija mill-Professur Tonio Borg, bit-titlu: “Ecological Stewardship: Exploring the Environmental Wisdom of Pope Francis’ Encyclicals and Pope John Paul II’s Centesimus Annus.”  L-avveniment se jsir nhar il-Ħamis, 25 ta’ 2024, fis-6:30pm, fil-boardroom Lewis V. Farrugia, Trident House, fl-Imrieħel.

F’din t-taħdita, il-Prof. Tonio Borg se jitkellem fuq ir-riflessjonijiet li dawn il-mexxejja spiritwali jagħmlu dwar ir-responsabbiltà li aħna lkoll għandna għall-kura tal-ambjent ta’ madwarna… Kompli aqra »

L-applikazzjoni emendata għal kafetterija fil-parroċċa ta’ Raħal Ġdid teskludi tisjir fuq il-post

Il‑Parroċċa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid se temenda l‑applikazzjoni tal‑ippjanar tagħha għal kafetterija żgħira fuq il‑bejt tal‑knisja sabiex tispeċifika li ebda ikel ma jista’ jissajjar fuq il‑post.

Wara diskussjonijiet li saru bejn l‑Arċidjoċesi ta’ Malta u l‑kappillan Dun Marc André Camilleri, intlaħaq qbil li minflok liċenzja ta’ 4D, il‑parroċċa tapplika għal liċenzja ta’ 4C li ma tippermettix li jsir tisjir fuq il‑post… Kompli aqra »

Inawgurat iċ-Ċentru Caravaggio fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

L-inawgurazzjoni taċ-Ċentru Caravaggio saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, fil-preżenza tal-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna.

Iċ-Ċentru Caravaggio, li jinsab fi ħdan il-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, ġie inawgurat bħala parti minn proġett b’investiment ta’ aktar minn €2.1 miljun kofinanzjat mill-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali.

L-Arċisqof Charles Scicluna qal li l-għan taċ-Ċentru Caravaggio jmur ‘lil hinn mill-valur estetiku għaliex apparti li joħroġ il-kobor tal-artist, il-proġett hu mod kif l-arti twassal għat-triq tal-verità u t-tjubija… Kompli aqra »

Live: Quddiesa bl-Ordinazzjoni Djakonali – 13 ta’ April 2024, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »