Intom ragħajja imma tagħmlu parti mill-merħla wkoll – L-Arċisqof lis-saċerdoti novelli
Quddiesa mas-saċerdoti novelli
23/04/2024 Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, il-MellieħaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Min jaf kemm-il darba lil Ġesù ngħidulu dak li qalulu l-Lhud: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna?” (Ġw10:24), għax jitlobna xi ħaġa u nħossuha tassew diffiċli. Aħna nafu li Ġesù hu l-Iben t’Alla. Ma naħsibx li għandna problema bl-identità tiegħu. Imma l-isfida li jagħmlilna hi li nkunu parti mill-merħla tiegħu.
“In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja” (Ġw 22:27)… Kompli aqra »