L-Aħbarijiet

L-Arċisqof lill-istudenti: Tgħallmu ħobbu

  L-Iskola Sekondarja taż-Żokrija fil-Kulleġġ Maria Regina, il-Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nirringrazzjakom ħafna, li għażiltu li tiġu għal din il-quddiesa, u li għandi ċans, inkellimkom xi ftit. L-ewwel kelma li nixtieq ngħidilkom hi kelma ta’ kuraġġ għax ħafna drabi jiġru affarijiet f’ħajjitna li jaqtgħulna qalbna. Jew ma nkunux ċerti li hemm xi ħadd li tassew iħobbna u jkollna bżonn kbir, li aħna nħossuna maħbubin; li xi ħadd hu tassew ħabib jew ħabiba; li xi ħadd hemm barra, jew qrib tiegħi, jagħti kasi u jimpurtah minni… Kompli aqra »

10 snin ta’ Prayer Spaces: SDS b’seminar li jgħinek tiskopri lilek innifsek

24.04.24! It was a momentous occasion, as 110 school staff and chaplains, nuns and priests, catechists, and formation leaders came together to celebrate a decade of Prayer Spaces in Malta.

Organized by the dedicated team of Spiritual Development in Schools within the Vicariate of Evangelisation of the Archdiocese of Malta, the celebration was more than just a gathering of individuals. It was a gathering of hearts united in faith and gratitude for the precious gift of life and the countless blessings that had enriched our paths along the way, especially through Prayer Spaces in Schools… Kompli aqra »

Prayer Spaces jista’ jgħin lill-istudenti jifhmu l-mistoqsijiet profondi ta’ ħajjithom

Read below the message delivered by Auziliary Bishop Joseph Galea Curmi during the SDS Seminar: ‘Discovering and Caring for the inner self – 10 years of Prayer Spaces’ at Dar San Ġużepp in Sta Venera. 

Thank you very much Fr Reuben, Phil, Fr Paul, Silvana, Ben, Glen and all of you for  taking part in this event.

My homilies are short, and this message will be short too… Kompli aqra »

Programm t’attivitajiet għall-festa ta’ San Ġorġ Preca 2024

Mil-lum jingħata bidu għall-programm ta’ attivitajiet għall-festa ta’ San Ġorġ Preca mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija. Il-programm se jittella’ fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża, fejn jinsabu l-fdalijiet ta’ dan il-qaddis Malti, li hu l-fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M.

It-Tnejn 6 ta’ Mejju 2024

  • Adorazzjoni u barka sagramentali fil-5pm.
  • Quddiesa fis-6.00 pm immexxija minn Dun Ewkarist Zammit, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi.

It-Tlieta 7 ta’ Mejju 2024

Taħdita mill-Kardinal Tagle dwar kif nistgħu nwasslu lil Alla u kelmtu fid-dinja tal-lum

  L‑Awditorju tal‑MUSEUM fil‑Blata l‑Bajda

Kompli aqra »Philippine Cardinal Luis Antonio Tagle, a Catholic University alumnus, delivers the annual Cardinal Dearden Lecture on Monday, March 2, at 4:30 p.m. at The Catholic University of America in Washington, DC. Cardinal Tagle spoke on the 50th anniversary of Gaudium et Spes, the Pastoral Constitution on the Church in the Modern World (one of four main constitutions of the Second Vatican Council).Sponsored by Catholic UniversityÕs School of Theology and Religious Studies, the lecture honors the late archbishop of Detroit who was known for his work to implement the teachings of Vatican II in the United States…

Il-parir tal-Arċisqof: Ma nabbandunaw qatt l-imħabba!

Omelija fis-sitt Ħadd tal-Għid

  Il-Knisja tas-Salib Imqaddes tal-Kapuċċini, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju tal-lum skont San Ġwann, fis-sitt Ħadd tal-Għid, nisimgħu espressjoni sabiħa: “Ibqgħu fl-imħabba tiegħi” (Ġw15:9). Kemm hi  stedina sabiħa din li għamel Ġesù.

L-ewwel nett jassikura li l-inizjattiva ġejja minnu, u dil-ħaġa hemm bżonn niftakruha. Wara kollox qed niċċelebraw staġun ta’ ferħ, li jitwieled fil-ġimgħa l-Kbira u fl-Għid il-Kbir. “Kif ħabbni Missieri hekk ħabbejtkom jiena” (Ġw15:9).

Ġesù qed jgħidilna ċar u tond li jekk hemm xi kelma fil-Vanġelu li hemm bżonn niftakruha hija din il-kelma: “Kif ħabbni Missieri hekk ħabbejtkom jien” (Ġw15:9) … Kompli aqra »

L-ebda belt m’għandha daqshekk spirtu

Artiklu miktub minn Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar kelli grazzja kbira li nkun Praga. Mort għax-xogħol tat-tmintax-il konsultazzjoni tal-Kappillani Ewropej. It-tema ta’ din il-konferenza kienet tabilħaqq attwalissma: “Tkun Kappillan fl-Isptar: Tibqa’ preżenti u attiv/a f’dinja fraġli”. 

Jekk il-ħajja stess saret sptar, għax il-fraġilità u l-vulnerabilità jinstabu kullimkien, allura kull sitwazzjoni titlob dik il-kompassjoni ta’ Kristu. Wara kollox, jekk ma nurux ħniena ma’ xulxin billi nisimgħu naqra d-dwejjaq ta’ xulxin, għiduli intom x’ħajja nkunu qed ngħixu? … Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna f’Mejju 2024

Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑ġranet:

Il‑Ħadd 5 ta’ Mejju, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Knisja tas‑Salib Imqaddes tal‑Kappuċċini fil‑Furjana, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103… Kompli aqra »

Żjara lill‑istudenti u l‑ħaddiema Our Lady Immaculate School fil-Ħamrun

  Our Lady Immaculate School fil-Ħamrun

Ritratti taż-żjara mill-Arċisqof Charles Scicluna lill‑istudenti u l‑ħaddiema ta’ Our Lady Immaculate School fil-Ħamrun, li saret dalgħodu l-Ħamis, 2 ta’ Mejju 2024.

Waqt iż-żjara, l-Arċisqof żar l-istudenti tal-primarja fil-klassijiet tagħhom. L-istudenti tas-sekondarja kellhom l-opportunità jsaqsu diversi mistoqsijiet lill-Arċisqof Scicluna dwar diversi temi, fosthom dwar it-trobbija tiegħu, il-vokazzjonijiet, l-irwoli ta’ tmexxija, it-tfittxija għall-verità, il-familja u ż-żwieġ, il-flus u d-droga, il-quddiesa tal-Ħadd u l-ħidma fis-skiet tal-Knisja… Kompli aqra »