L-Aħbarijiet

Intom ragħajja imma tagħmlu parti mill-merħla wkoll – L-Arċisqof lis-saċerdoti novelli

Quddiesa mas-saċerdoti novelli

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, il-Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Min jaf kemm-il darba lil Ġesù ngħidulu dak li qalulu l-Lhud: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna?” (Ġw10:24), għax jitlobna xi ħaġa u nħossuha tassew diffiċli. Aħna nafu li Ġesù hu l-Iben t’Alla. Ma naħsibx li għandna problema bl-identità tiegħu. Imma l-isfida li jagħmlilna hi li nkunu parti mill-merħla tiegħu.

“In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja” (Ġw 22:27)… Kompli aqra »

“Tkabbir futur tal-UE hu messaġġ qawwi ta’ tama” – L-Isqfijiet Ewropej

L-Isqfijiet tal-COMECE jaraw it-tkabbir tal-UE bħala “messaġġ qawwi ta’ tama għaċ-ċittadini Ewropej”

“Ejjew inkomplu nibnu l-Ewropa flimkien” hi t-tema ta’ stqarrija li għadha kemm ħarġet mill-isqfijiet tal-COMECE miġbura fil-jiem li għaddew f’Łomża, il-Polonja, għall-Assemblea tar-Rebbiegħa, fejn attenda wkoll l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi f’isem il-Konferenza Episkopali Maltija.

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju mit-tkabbir sinifikanti tal-Unjoni Ewropea li kien sar fl-2004, inkluż is-sħubija ta’ Malta, l-isqfijiet urew l-appoġġ tagħhom għall-prospetti ta’ iktar tkabbir fil-futur: “Din mhijiex biss ħtieġa ġeopolitika għall-istabbiltà fil-kontinent tagħna, imma wkoll messaġġ qawwi ta’ tama għaċ-ċittadini li jixtiequ jgħixu fil-paċi u l-ġustizzja”… Kompli aqra »

Nagħtu ħajjitna lil xulxin! – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum il-Vokazzjonijiet

  Il-Kappella fiċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Virtù

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kull sena naqraw silta minn kapitlu 10 tal-Evanġelju ta’ San Ġwann, fejn Ġesù jippreżenta lilu nnifsu bħala r-Ragħaj it-Tajjeb. Fis-silta ta’ din is-sena — forsi l-iżjed waħda magħrufa — insibu din l-espressjoni qawwija: “Jiena r-Ragħaj it-Tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu” (Ġw 10:11). Fl-Evanġelju sabiħ tal-lum din il-frażi kemm-il darba nisimgħuha: ‘li tagħti ħajtek’. Ġesù, biex jispjegaha juża diversi tixbihat… Kompli aqra »

Jiġri 100km u jiġbor aktar minn €6,000 għall-Caritas

Nhar il-Ħadd 7 ta’ April, Miguel Mifsud temm b’suċċess il-ġirja ta’ 100KM madwar il-kosta ta’ Malta. Il-ġirja ta’ 100km Miguel irnexxielu jagħmilha fi 11:13:08  b’pass ta’ 6.43 minuti/km.

Ilbieraħ Miguel iltaqa’ mad-Direttur ta’ Caritas Malta, is-Sur Anthony Gatt, biex ippreżenta d-donazzjoni ta’ €6,100 li nġabru b’għan altruwista bħala ġest biex jagħti lura lin-nies fil-bżonn li huma mgħejjuna minn din l-organizzazzjoni. Fil-passat Miguel għamel żmien ta’ riabilitazzjoni fiċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas biex jikseb ħajtu lura minn dipendenza ta’ numru ta’ snin fuq sustanzi… Kompli aqra »

Live: L-ordinazzjoni ta’ tliet saċerdoti ġodda – 20 ta’ April 2024, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jiltaqa’ ma’ 6,000 żagħżugħ biex jiddiskuti kif niksbu l-paċi fid-dinja

On 19th April 2024, Pope Francis will welcome 6,000 participants of the Schools of Peace, an initiative of the Community of Sant’Egidio that brings together children, young people and teachers from different parts of Italy.

The goal of the meeting is to build a commitment for peace among the younger generations. At a time when war abounds, the Schools of Peace propose “to look at the future without fear and to transform it.”

This will be the third time that the group will meet with the Pope… Kompli aqra »

Taħdita fuq it-tagħlim tal-papiet dwar l-ambjent mill-Prof. Tonio Borg

Centesimus Annus Pro Pontifice qed tistieden lill-pubbliku għal taħdita mmexxija mill-Professur Tonio Borg, bit-titlu: “Ecological Stewardship: Exploring the Environmental Wisdom of Pope Francis’ Encyclicals and Pope John Paul II’s Centesimus Annus.”  L-avveniment se jsir nhar il-Ħamis, 25 ta’ 2024, fis-6:30pm, fil-boardroom Lewis V. Farrugia, Trident House, fl-Imrieħel.

F’din t-taħdita, il-Prof. Tonio Borg se jitkellem fuq ir-riflessjonijiet li dawn il-mexxejja spiritwali jagħmlu dwar ir-responsabbiltà li aħna lkoll għandna għall-kura tal-ambjent ta’ madwarna… Kompli aqra »