L-Aħbarijiet

Nippreparaw għall-Ġublew li jmiss

Kors qasir mill-Istitut Pastorali għall-Formazzjoni

L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali qed jingħaqad mal-Knisja dinjija fil-preparamenti għall-Ġublew tat-Tama li se jsir is-sena d-dieħla permezz tal-kors qasir ‘The Jubilee – Pilgrims of Hope’. Permezz tiegħu se niskopru l-oriġini Bibliċi tal-kliem ‘ġublew’, ‘pellegrinaġġ’ u ‘tama’. Flimkien mal-letturi, Dr Joseph Ciappara u Dun Gilbert Scicluna, se naraw l-oriġini ta’ dawn il-kunċetti fl-Iskrittura Mqaddsa u fl-ewwel komunitajiet Insara. Ser nesploraw it-tama fil-kitbiet tal-Papa Benedittu XVI u l-katekeżimu tal-Papa Franġisku… Kompli aqra »

Avviż

Minn nhar il‑Ħamis, 28 ta’ Marzu 2024, il‑Kurja tal‑Arċisqof u l-Uffiċċju Żwiġijiet fil‑Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, se jkunu magħluqa għall‑festi tal‑Għid.

Il-Kurja tal-Arċisqof, l‑Uffiċċju Żwiġijiet u t‑Tribunal Ekkleżjastiku jerġgħu jiftħu nhar it-Tlieta, 2 ta’ April 2024. Kompli aqra »

Proġett ta’ restawr iwassal għal informazzjoni ġdida dwar il-Via Sagra f’Ta’ Ġieżu

14-il pittura tal-Via Sagra, li jinsabu fil-Knisja Santa Marija ta’ Ġesù, magħrufa wkoll bħala tal-Ġieżu, fil-Belt Valletta, ingħataw ħajja ġdida bħala parti minn proġett ta’ restawr u konservazzjoni li sar fuqhom.

Ir-restawr kien mifrux fuq 11-il xahar u wassal biex instabet informazzjoni ġdida dwar din il-Via Sagra, fosthom għax studju li sar fuqha wassal biex ir-restawraturi setgħu jattribwixxu xi pitturi lil Francesco Zahra u Gian Nicola Buhagiar, li huma żewġ artisti prominenti Maltin… Kompli aqra »

Il-Ġimgħa Mqaddsa fl-Art Imqaddsa: il-maħfra hi l-uniku triq għall-paċi

As Christians enter the holiest part of the year, the Auxiliary Bishop of the Latin Patriarchate of Jerusalem talks to Vatican News about the Easter celebrations in the Holy Land, amidst ongoing violence and conflict, and calls for forgiveness to move towards peace.

Against the backdrop of the ongoing war between Israel and Hamas, Holy Week will be celebratory but not as festive as usual in the Holy Land… Kompli aqra »

Irrestawrata l-faċċata tal-Knisja tal-Franġiskani ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta

Il-faċċata tal-Knisja tal-Franġiskani ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta ġiet irrestawrata u nawgurata sabiex titgawda fis-sbuħija kollha tagħha għal żmien ir-Randan u l-Għid b’interventi li jinkludu x-xogħol ta’ tindif, bdil ta’ ġebel, tikħil u mili tal-fili skont il-bżonn.

Ix-xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja beda f’Ottubru tal-2022 fi Triq Sant’Ursula sar b’attenzjoni kbira sabiex ma jkunx hemm ħsara fuq il-ġebla oriġinali. Ix-xogħol beda bit-tneħħija taż-żebgħa, kisi bis-siment u tikħil fuq il-faċċata… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof fil-Ġimgħa Mqaddsa

L‑Arċisqof Charles Scicluna jistieden lill‑Insara biex jieħdu sehem fiċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑Ġimgħa Mqaddsa li matulhom il‑Knisja Kattolika tfakkar il‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. F’dawn il‑jiem qaddisa, l‑Arċisqof se jippresiedi ċ‑ċelebrazzjonijiet li se jsiru fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta. Dawn se jixxandru b’mod dirett fuq TVM, TVMNews+, l‑istazzjon tar‑radju RTK103, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Nhar il‑Ħadd li ġej, 24 ta’ Marzu, fid‑9:30am, l‑Arċisqof imexxi ċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm, bit‑tberik tal‑friegħi taż‑żebbuġ u l‑palm, u wara jkompli bil‑quddiesa li fiha jinqara r‑rakkont tal‑Passjoni tal‑Mulej… Kompli aqra »

Ħsieb mill-Arċisqof: kollox jibda mill-paċi fil-qalb

Riflessjoni għar-Randan 2024

Matul l-2024, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed iħeġġu sabiex bħala pajjiż u Nsara, nirriflettu fuq il-ħames doni mingħand il-Mulej li l-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila jfakkarna fihom fl-Innu Malti: id-dehen, il-ħniena, is-saħħa, l-għaqda u s-sliem. Dan hekk kif din is-sena, Malta tagħlaq 60 sena indipendenti u 50 sena repubblika.

Fl-Innu Malti, Dun Karm talab għal ħames doni. Talab għad-dehen, talab għall-ħniena, għas-saħħa, għall-għaqda u għas-sliem… Kompli aqra »

Il-Papa jitkellem mal-President dwar il-memorji sbieħ tiegħu mal-Għawdxin u l-Maltin

Il-Papa Franġisku ilbieraħ filgħodu kellu udjenza privata mal-President ta’ Malta George Vella fil-Vatikan li fiha l-Papa Franġisku tkellem dwar il-memorji sbieħ mal-poplu Malti u Għawdxi matul iż-żjara tiegħu f’Malta

Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-President intqal li matul il-laqgħa, il-President Vella u l-Qdusija Tiegħu l-Papa rreferew għar-relazzjonijiet b’saħħithom bejn Malta u s-Santa Sede. Iffukaw ukoll fuq is-sitwazzjoni preżenti fid-dinja, l-effetti tal-gwerra fl-Ukrajna, is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani u l-ħtieġa ta’ paċi ġusta u d-djalogu… Kompli aqra »