L-Omeliji tal-Isqof Awżiljarju

Serenità u kuraġġ – L-Isqof Galea-Curmi

  Pax et Bonum, il-Mosta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Is-sliem għalikom” (Lq 24:36). Din hija t-tislima li jagħti Ġesù meta jidher lid-dixxipli tiegħu wara li qam mill-mewt. U kull meta jiltaqa’ magħhom, dejjem jagħtihom din it-tislima: “is-sliem għalikom”. Hija mhux biss tislima, imma hi fil-fatt realtà, għaliex Ġesù hu dak li jġib tassew il-paċi fil-qalb tad-dixxipli tiegħu. Niftakru li kien qalilhom dan fl-Aħħar Ċena, bħalma naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann: “Jien inħallilkom is-sliem… Kompli aqra »

B’qalb kbira – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'lejlet il-festa ta' San Publiju

  Il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fil-ġrajja mqallba tat-tempesta li fiha sab ruħu l-ġifen li fuqu kien hemm Pawlu, li spiċċa f’nawfraġju ma’ gżira “jisimha Malta” (Atti 28:1), żgur li jolqotna ħafna l-Prinċep tal-gżira, Publju. Ftit hemm fuqu fl-Atti tal-Appostli, imma l-ftit li hemm jgħidilna ħafna fuq Publju li bir-raġun inqimuh bħala Patrun mhux biss tal-Furjana imma ta’ Malta.

Nixtieq li nsemmi tliet punti li joħorġu b’mod tant ċar fir-rakkont tal-Atti tal-Appostli, u li huma ta’ għajnuna għalina f’ħajjitna… Kompli aqra »

Alla jrid il-ftit tagħna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?” (Ġw 6:5) Dan huwa l-kliem ta’ Ġesù li qal lil Filippu, u din hija l-ewwel reazzjoni ta’ Ġesù meta ra l-kotra ta’ nies ġejja lejh. Ġesù u d-dixxipli kienu marru u qagħdu bilqiegħda fuq l-għolja. Ra dawn in-nies ġejjin. Ir-reazzjoni tiegħu ma kinetx: Marelli, reġgħu ġew, ara x’ġej! Imma kienet li jagħraf il-bżonn tagħhom ta’ dak il-ħin: kellhom bżonn jieklu. 

Meta staqsa dil-mistoqsija lil Filippu “mnejn nixtru l-ħobż” ma kinetx għax ried risposta minn Filippu biex jgħidlu fejn se jmur ħa jixtri… Kompli aqra »

Omm is-Salvatur – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Waħda mill-espressjonijiet li tisma’ fil-Festa tal-Lunzjata – rajtha wkoll miktuba – hija “Viva Omm is-Salvatur”. Naturalment, għandi nifhem li għal ħafna jkun hemm intenzjoni retta f’din l-espressjoni, imma nixtieq li niffoka fuqha fil-Festa tal-Lunzjata ta’ din is-sena u naraw x’tgħallimna.

Marija tmexxina lejn Ġesù

L-ewwel nett, Marija hija tassew Omm Ġesù li hu s-Salvatur tagħna. Fil-festa tal-lum, għandna l-mument meta hi aċċettat li ssir omm… Kompli aqra »

Qalb mimlija ħniena – L-Isqof Galea-Curmi

  Is-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ġib sebgħek hawn u ara jdejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi” (Ġw 20:27). Dan huwa l-kliem li Ġesù jgħid lil Tumas meta jidher lit-tnax tmint ijiem wara l-qawmien tiegħu mill-mewt. Kull sena, fit-Tieni Ħadd tal-Għid, nisimgħu din l-istorja ta’ kif l-ewwel darba li Ġesù deher lid-dixxipli tiegħu flimkien, Tumas ma kienx hemm. Dak inhar l-Evanġelju jgħid li Ġesù wriehom idejh u ġenbu, jiġifieri s-sinjali tal-pjagi tiegħu, il-konferma li hu dak li kien imsallab imma issa qam mill-mewt… Kompli aqra »

Kelma li tagħmel id-differenza kollha – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dak il-lejl ma qabdu xejn” (Ġw 21:4). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann fuq dawn id-dixxipli ta’ Ġesù li marru jistadu. Kien Pietru, li f’dan ir-rakkont hu diġà meqjus bħala l-kap tagħhom, li qal “sejjer nistad” (Ġw 21:3). U s-sitta l-oħra – kienu sebgħa b’kollox – marru biex jistadu. Imma dak il-lejl ma qabdu xejn.

Meta sebaħ, jaraw lil xi ħadd fuq ix-xatt li għall-bidu ma għarfuhx li kien Ġesù… Kompli aqra »

Il-Knisja tinkoraġġixxi d-donazzjoni tal-organi

Message by Bishop Joseph Galea-Curmi

Organ donation saves lives. However, one of the main challenges in organ donation in many parts of the world is that the demand for organs far exceeds their supply. This means many lives are lost each year, because there are not enough organs available for all those who need them. 

The Church considers organ donation as an act of love… Kompli aqra »

Il-ġebla m’għadhiex hemm – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?” (Mk 16:3) Din kienet il-mistoqsija li bdew jagħmlu lil xulxin Marija ta’ Magdala, Marija Omm Ġakbu u Salomi – in-nisa li ddeċidew li kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa jmorru lejn il-qabar ta’ Ġesù ħa jidilku bil-fwejjaħ il-ġisem mejjet tiegħu. Din kienet id-diffikultà li kellhom, għax għalihom Ġesù kien mejjet u riedu juru l-għożża tagħhom.

Il-memorja

Għal mument, nixtieq li nidħlu fl-istorja ta’ dawn in-nisa li kienu qed jimmaġinaw li se jsibu l-ġisem mejjet ta’ Ġesù u l-problema li kellhom kienet kif se jirnexxilhom jidħlu ġo dan il-qabar issiġillat b’ġebla “kbira ħafna” (Mk 16:4)… Kompli aqra »

Il-qawwa tal-imħabba li tifdi – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tad-Dar tal-Kleru, Fleur-de-Lys

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ġesù ta’ Nażaret, Sultan tal-Lhud” (Ġw 19:19).  Din kienet il-kitba li għamel Pilatu fuq is-salib, u għamilha bil-Lhudi, bil-Latin u bil-Grieg biex żgur jasal il-messaġġ. Meta kienu jħarsu lejn Kristu msallab, setgħu jaraw il-kitba: Ġesù ta’ Nażaret, Sultan tal-Lhud.

Ninnutaw li fir-rakkont tal-Passjoni skond San Ġwann, għakemm hemm it-tbatija kbira li minnha għadda Ġesù, imma l-enfasi ta’ San Ġwann hu fuq Ġesù li qed jirbaħ kontinwament… Kompli aqra »

L-imħabba fil-qalba ta’ ħajjitna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Katidral ta' San Pawl, L-Imdina

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħamis ix-Xirka hija l-festa tat-twaqqif tal-Ewkaristija. Smajna lil San Pawl fit-Tieni Qari, fl-Ittra tiegħu lill-Korintin, jirrakkonta t-twaqqif tal-Ewkaristija fl-Aħħar Ċena meta Ġesù jieħu l-ħobż u jgħid “dan hu ġismi” u jieħu l-inbid u jgħid “dan hu demmi”. Ġismu li jingħata u demmu li jinxtered.

F’Ħamis ix-Xirka wkoll infakkru l-ġrajja li smajna fl-Evanġelju skont San Ġwann, meta Ġesù niżel jaħsel saqajn id-dixxipli tiegħu, ġest li se jkun ripetut illum waqt il-quddiesa biex infakkru dan… Kompli aqra »