L-Arċisqof lis-saċerdoti: aħna qaddejja ta’ merħla li mhijiex tagħna
Il-Quddiesa tal-Griżma f'Ħamis ix-Xirka
28/03/2024 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Lil dak li ħabbna, u li ħallna minn dnubietna, bis-saħħa ta’ demmu, u li għamilna saltna, qassisin għal Alla tiegħu u Missieru, lilu l-glorja u s-setgħa għal dejjem ta’ dejjem” (Apok1:5-6). Dawn il-kliem mill-Apokalissi ta’ San Ġwann li qrajna llum nixtieq nipproponihom lilna s-saċerdoti, b’mod speċjali, f’dan il-jum li fih il-Knisja tibda tiġġedded bit-tberik taż-żjut qaddisa. Aħna nġeddu l-impenn saċerdotali tagħna u mil-lejla sal-Għid qaddis tal-Mulej, fit-Tridu tal-Għid, ngħixu mill-qrib dik l-iskola tal-imħabba u ħniena li għallimna Ġesù… Kompli aqra »