Il-Kelma tal-Arċisqof

L-Arċisqof lis-saċerdoti: aħna qaddejja ta’ merħla li mhijiex tagħna

Il-Quddiesa tal-Griżma f'Ħamis ix-Xirka

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Lil dak li ħabbna, u li ħallna minn dnubietna, bis-saħħa ta’ demmu, u li għamilna saltna, qassisin għal Alla tiegħu u Missieru, lilu l-glorja u s-setgħa għal dejjem ta’ dejjem” (Apok1:5-6). Dawn il-kliem mill-Apokalissi ta’ San Ġwann li qrajna llum nixtieq nipproponihom lilna s-saċerdoti, b’mod speċjali, f’dan il-jum li fih il-Knisja tibda tiġġedded bit-tberik taż-żjut qaddisa. Aħna nġeddu l-impenn saċerdotali tagħna u mil-lejla sal-Għid qaddis tal-Mulej, fit-Tridu tal-Għid, ngħixu mill-qrib dik l-iskola tal-imħabba u ħniena li għallimna Ġesù… Kompli aqra »

Anke fl-iżjed mumenti mudlama, Alla qiegħed hemm għalina – L-Arċisqof f’Ħadd il-Palm

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ippermettuli noffri riflessjoni qasira ispirata minn dan ir-rakkont kommoventi tal-Passjoni tas-Sinjur tagħna Sidna Ġesù Kristu skont San Mark.

First of all I would like to greet our English speaking friends who are with us today as we start the solemn celebration of Holy Week and Palm Sunday, the Sunday dedicated to the Passion of our Lord Jesus Christ… Kompli aqra »

Fid-Duluri nżommu l-impenn li qatt ma jkollna qalb iebsa għal xulxin – L-Arċisqof

  L-Uffiċini ta’ Beacon Media, il-Blata l-Bajda

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu” (Ġw 19:27). Aħna qegħdin nagħmlu din it-tifkira, biex nidħlu f’dan l-atteġġjament tad-dixxiplu l-maħbub; li jilqa’ għandu lil Marija ta’ Nazaret, il-mamà ta’ Ġesù. U niftakru fil-messaġġ li l-anġlu kien ta lir-raġel tagħha, lil Ġużeppi, meta f’mument ta’ diffikultà kbira għall-omm, li ħarġet tqila bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, u riedet tispjega lil żewġha x’ġara. Tingħata l-għajnuna mingħand l-anġlu tal-Mulej, li lil Ġużeppi jgħidlu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tilqa’ għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu” (Mt 1:20)… Kompli aqra »

San Ġużepp: raġel ġust li tgħallem jafda fil-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Ġużepp

  Il-Knisja ta' Ġieżu, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija” (Mt 1:20). Min hu dan Ġużeppi? L-Evanġelista San Mattew jgħidilna li kien bin David, min-nisel ta’ David.  Għalhekk il-belt ta’ missirijietu kienet Betlehem. Imma hu raġel, li għażel li jgħix f’belt ċkejkna, jisimha Nazaret, belt tal-Galilija u mhux tal-Lhudija; belt li ma kellhiex fama mill-aqwa. “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” (Ġw 1:46); l-ebda profeta ma jista’ joħroġ minn Nazaret… Kompli aqra »

“L-imħabba vera mhix irħisa; toqros ukoll fil-laħam il-ħaj” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Ħames Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Anard, Ħal Kirkop

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Is-silta li għadna kemm smajna u li qara Dun Martin Cardona, il-kappillan, tibda propju bil-kurżità ta’ xi Griegi li ma kinux Lhud, ma kellhomx il-fidi tal-poplu Lhudi, kienu pagani imma jisimgħu b’dan ir-raġel li qiegħed jgħallem, ifejjaq, u li jqajjem ukoll lin-nies mill-imwiet. Dan għaliex il-qari li smajna llum mill-Evanġelju ta’ San Ġwann iseħħ wara li Ġesù jqajjem lill-ħabib tiegħu Lazzru mill-imwiet… Kompli aqra »

Alla tana kollox biex kull min jemmen fih ma jintilifx – L-Arċisqof

Quddiesa fir-raba' Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Sant'Andrija, Ħal Luqa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jibda tixbiha għażiża ħafna għalina f’dawn il-jiem tar-Randan meta fid-djar tagħna, fis-soċjetajiet kulturali u filarmoniċi tagħna, fl-ambjenti tagħna nerfgħu x-xbieha sabiħa għażiża  tas-salib. Hi tradizzjoni sabiħa li kull Randan timlieni b’faraġ kbir u hi espressjoni mhux biss kulturali imma tal-imħabba li aħna għandna lejn Ġesù li ta ħajtu għalina.

“Kif Mosè refa’ s-serp fid-deżert hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem” (Ġw 3:14)… Kompli aqra »

Ġesù jipprova jippurifikana minn dir-reliġjon tat-tpartit – L-Arċisqof

Quddiesa fit-Tielet Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp, il-Kalkara

L-episodju li għadna kemm smajna hu episodju tant importanti fil-ħajja ta’ Ġesù li nsibuh fl-erba’ evanġelji. Mhux kollox insibu fl-erba’ evanġelji imma hemm ċerti affarijiet bħall-mewt ta’ Ġesù, il-qawmien tiegħu mill-imwiet li huma tant importanti li nsibuhom fl-Evanġelju ta’ San Mattew, ta’ San Mark, ta’ San Luqa u ta’ San Ġwann.

Din is-silta li għadna kemm smajna hi mill-Evanġelju skont San Ġwann. Id-differenza bejn l-evanġelji hi meta jpoġġu dan l-inċident… Kompli aqra »

Nitolbu lil Alla jkisser il-ħafna ħitan li jifirduna – L-Arċisqof fil-festa ta’ San Pawl

Quddiesa fil-festa trasferita ta' San Pawl Nawfragu

  Il-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif tidħol f’dan it-tempju għażiż, u tħares il-fuq, tara pittura sabiħa tal-Palumbi, tal-1902, li din is-sena ġiet ukoll riprodotta fil-qoxra tal-programm tal-festa ta’ din is-sena. U li fiha l-artist bravu jżejjen lil din il-Knisja bl-arti tiegħu, jippreżentalna x-xena ta’ Pawlu, l-Appostlu Missierna, li jippreżenta lil Malta, lilna, lil Ġesù. Malta, imlibbsa bl-oħla dija, biex nissellef il-kliem sabiħ tal-poeta nazzjonali Dun Karm, miktub għoxrin sena wara, fl-1922 – ‘Bl-oħla dawl libbist’… Kompli aqra »

“Niskopru lil Alla bħala l-missier li ma jixtieqx jitlaqna” – L-Arċisqof f’Ras ir-Randan

Quddiesa fl-Erbgħa tal-Irmied

  Il-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni (Sarria), il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waħda mill-affarjiet li jolqtuni f’dan il-qari li kull sena nibdew bih ir-Randan huwa li Ġesù jagħtina t-tliet għemejjel tar-Randan: il-karità, it-talb u s-sawm. Il-karità tħares lejn il-proxxmu; it-talb hu r-relazzjoni tagħna ma’ Alla; u s-sawm hu kif nieħdu ħsieb tagħna nfusna b’ħajja sobrjetà u ta’ kontroll tagħna nfusna. Is-sawm mhuwiex li tgħakkes lilek innifsek b’mod mażokista imma li tieħu ħsiebek bi stil ta’ ħajja mrażżna, il-bilanċ tal-ħajja… Kompli aqra »

“Nitolbu biex tassew nilqgħu lil kulħadd fis-soċjetà tagħna” – L‑Arċisqof

Omelija fis-sitt Ħadd ta’ matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Franġisk, il-Qawra

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-lum jista’ jinstema’ bħala xi ħaġa ’l bogħod għaliex għall-grazzja t’Alla l-marda tal-lebbra—marda li taffetwa l-ġilda tal-bniedem—illum hawn il-fejqan għaliha. Imma tajjeb nieħdu t-tagħlima li jagħtina Ġesù—tagħlima ta’ ħniena u ta’ kuraġġ—u nistaqsu lilna nfusna: imma fostna, madwarna, fil-familji tagħna hemm nies għeżież u oħrajn mhumiex li aħna nitrattaw bħalma kienu jagħmlu elfejn sena ilu lil min kien bil-lebbra? … Kompli aqra »