Il-Kelma tal-Arċisqof

Inħallu qalbna miftuħa għal kulħadd bħalma għamel San Publiju – L-Arċisqof

Pontifikal fil-festa ta' San Publiju

  Il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-antifona sabiħa ta’ San Publiju, li titkanta u tindaqq fil-festa solenni li nagħmlulu, kif jixraq, lil Publiju nagħtuh dan it-titlu sabiħ: O Melitæ digna proles – ‘Wild dehen ta’ Malta’. Ippermettuli din is-sena, naqsam magħkom ħsieb qasir, ispirat minn dan it-titlu li aħna nagħtu lil San Publiju, li wkoll hu taħt l-apside ta’ din il-Knisja.

Il-Kelma ‘Malta’ għandha żewġ etimoloġiji… Kompli aqra »

L-Arċisqof lid-djakni ġodda: Agħtu servizz b’qalb ħelwa

Quddiesa bl-ordinazzjoni ta' erba' djakni

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qed nippreżentaw lill-Mulej erba’ żgħażagħ li quddiem il-Knisja għadhom kemm ikkonfermaw mhux biss il-prezenża tagħhom imma wkoll id-deċiżjoni tagħhom. Immedjatament wara din l-omelija, fid-djalogu mal-Isqof se jieħdu impenji għal ħajjithom kollha. Imma l-impenn l-iżjed fundamentali u li l-Knisja titlob fuqhom illum hu dak li jibqgħu sħaħ fit-talb. Hekk titlob il-Knisja fuq id-djakni il-ġodda – biex bil-ħeġġa fil-ħidma tagħhom ikollhom servizz b’qalb ħelwa u jżommu ruħhom sħaħ sal-aħħar fit-talb… Kompli aqra »

Il-frott tal-Irxoxt hu l-paċi tal-qalb li ġġib il-maħfra tad-dnubiet mir-rikonċiljazzjoni – L-Arċisqof

Quddiesa fl-Għid il-Kbir tal-Mulej

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Tawh il-mewt billi dendluh mal-għuda tas-Salib; imma Alla qajmu mill-imwiet fit-tielet jum” (Atti 10:39-40). Aħna xhud ta’ dan kollu. “Lilna ordnalna biex inxandruh lill-poplu u nixhdu li dan hu dak li Alla għamlu mħallef tal-ħajjin u tal-mejtin” (Atti 10:42). L-istqarrija ta’ Pietru hi l-fidi tal-Knisja, li aħna qed niċċelebraw. Hi l-fidi li tikkonferma wkoll is-silta tal-Evanġelju li għadna kemm smajna… Kompli aqra »

Tista’ l-paċi tkun magħna? – L-Arċisqof

Peace among nations, and in some cases within nations, is in tatters. Countless lives are lost by the day in Ukraine and Gaza, while thousands more are being purged in lesser-publicised conflicts like the civil war in Sudan, which has been forced to bear witness to the displacement of eight million people.

In a heartfelt appeal for peace in his Angelus only a few weeks ago, Pope Francis said: “Wherever there is fighting populations are exhausted… Kompli aqra »

Il-paċi ta’ Ġesù ġejja mill-imħabba li ma tibżax mis-salib – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Vġili tal-Għid tal-Qawwmien tal-Mulej mill-Imwiet

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

First of all, a warm greeting to our Cathecumens that will receive baptism shortly. I promise you this is a very short homily so that you will be encouraged to return to the Eucharist every Sunday.

Nixtieq insellem ukoll lin-Neokatekumeni li llum bil-libsa l-bajda, qed iġeddu l-wegħdiet tal-magħmudija bħalna lkoll, wara konklużjoni feliċi ta’ itinerarju twil u ta’ impenn… Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: Min hu Ġesù għalik?

Il-Quddiesa bl-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bħalma nagħmlu fil-Ġimgħa l-Kbira ta’ kull sena, għadna kemm smajna t-tħabbira solenni tal-Passjoni tal-Mulej skont San Ġwann.

Xtaqt noffri riflessjoni qasira fuq il-mistoqsija li Ġesù jagħmel fil-bidu ta’ dan ir-rakkont: “Lil min qegħdin tfittxu?” (Ġw 18:4). Ir-risposta ta’ min mar jarrestah fil-Ġnien tal-Ġetsemani kienet “Lil Ġesù ta’ Nazaret” (Ġw 18:5). Imma l-mistoqsija ta’ Ġesù hija mistoqsija profonda: Għalikom jien min jien? … Kompli aqra »

L-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka: Inkunu ta’ servizz għal xulxin

Il-Quddiesa fit-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il‑kalċi mbierek hu xirka mad‑demm ta’ Kristu (Salm 115). Id‑demm hu l‑ħajja u allura meta llum niddikjaraw u llum b’mod speċjali nfakkru b’mod solenni x‑xirka tagħna mal‑kalċi mbierek, nifhmu wkoll ix‑xirka tagħna mal‑ħajja ta’ Ġesù u nilqgħu mingħandu d‑don tal‑ħajja.

L‑Ewkaristija hi dik li tgħaqqadna miegħu. F’kapitlu 6 ta’ San Ġwann, Ġesù jinsisti li hu ġie fid‑dinja bħala l‑ħobż tal‑ħajja… Kompli aqra »

L-Arċisqof lis-saċerdoti: aħna qaddejja ta’ merħla li mhijiex tagħna

Il-Quddiesa tal-Griżma f'Ħamis ix-Xirka

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Lil dak li ħabbna, u li ħallna minn dnubietna, bis-saħħa ta’ demmu, u li għamilna saltna, qassisin għal Alla tiegħu u Missieru, lilu l-glorja u s-setgħa għal dejjem ta’ dejjem” (Apok1:5-6). Dawn il-kliem mill-Apokalissi ta’ San Ġwann li qrajna llum nixtieq nipproponihom lilna s-saċerdoti, b’mod speċjali, f’dan il-jum li fih il-Knisja tibda tiġġedded bit-tberik taż-żjut qaddisa. Aħna nġeddu l-impenn saċerdotali tagħna u mil-lejla sal-Għid qaddis tal-Mulej, fit-Tridu tal-Għid, ngħixu mill-qrib dik l-iskola tal-imħabba u ħniena li għallimna Ġesù… Kompli aqra »

Anke fl-iżjed mumenti mudlama, Alla qiegħed hemm għalina – L-Arċisqof f’Ħadd il-Palm

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ippermettuli noffri riflessjoni qasira ispirata minn dan ir-rakkont kommoventi tal-Passjoni tas-Sinjur tagħna Sidna Ġesù Kristu skont San Mark.

First of all I would like to greet our English speaking friends who are with us today as we start the solemn celebration of Holy Week and Palm Sunday, the Sunday dedicated to the Passion of our Lord Jesus Christ… Kompli aqra »

Fid-Duluri nżommu l-impenn li qatt ma jkollna qalb iebsa għal xulxin – L-Arċisqof

  L-Uffiċini ta’ Beacon Media, il-Blata l-Bajda

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu” (Ġw 19:27). Aħna qegħdin nagħmlu din it-tifkira, biex nidħlu f’dan l-atteġġjament tad-dixxiplu l-maħbub; li jilqa’ għandu lil Marija ta’ Nazaret, il-mamà ta’ Ġesù. U niftakru fil-messaġġ li l-anġlu kien ta lir-raġel tagħha, lil Ġużeppi, meta f’mument ta’ diffikultà kbira għall-omm, li ħarġet tqila bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, u riedet tispjega lil żewġha x’ġara. Tingħata l-għajnuna mingħand l-anġlu tal-Mulej, li lil Ġużeppi jgħidlu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tilqa’ għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu” (Mt 1:20)… Kompli aqra »