Position Papers

Emenda li qed tbexxaq il-bieb biex jidħol l-abort

Position Paper iffirmata minn grupp ta’ akkademiċi biex tinbidel l-emenda mressqa mill-Gvern biex ma jkun twettaq l-ebda reat meta t-terminazzjoni ta’ tqala tirriżulta minn intervent mediku magħmul bil-għan li tkun protetta s-saħħa ta’ mara tqila, li tkun qiegħda tbati minn komplikazzjoni medika, li tkun tista’ tqegħdilha ħajjitha f’riskju jew saħħitha f’periklu gravi.

Il-position paper ġiet iffirmata minn 82 persuna.

Il-position paper sħiħa Download Kompli aqra »

L-għażla bejn l-embrijuni hi diskriminatorja u ddgħajjef id-dinjità tal-ħajja umana

Position paper dwar l-emendi fil-Liġi tal-IVF

L-emendi fil‑liġi tal‑IVF idgħajfu d-dinjità tal-embrijuni għax jippermettu li dawk b’mard ġenetiku speċifiku jiġu ffriżati għal dejjem. Barra minn hekk, permezz ta’ dawn l-emendi, se ssir għażla diskriminatorja bejn liema tarbija futura tgħix u liema tiġi ffriżata, abbażi tal‑kundizzjoni ġenetika tagħha.

Dan qaluh 35 espert multidixxiplinarju fosthom mill‑qasam tal‑mediċina, ix‑xjenza u l‑embrijoloġija, f’position paper li ħejjew bħala parti minn diskussjoni usa’ li trid issir bħala parti mid-dibattitu Parlamentari dwar l-emendi proposti għall-Protezzjoni tal-Embrijuni… Kompli aqra »

Nibnu fuq it-tajjeb flok nippromwovu sustanzi ta’ ħsara

Stqarrija mill-MCYN dwar il-White Paper fuq il-Kannabis

Il‑Malta Catholic Youth Network (MCYN), entità tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta li taħdem maż‑żgħażagħ, ippublikat dokument ta’ pożizzjoni bħala parti mill‑proċess ta’ konsultazzjoni tal‑Gvern għall‑White Paper “Lejn it‑Tisħiħ tal‑Qafas Legali għall‑Użu Responsabbli tal‑Kannabis”.

L‑MCYN, li tirrappreżenta ’l fuq min 100 għaqda taż‑żgħażagħ u li matul is‑snin appoġġjat bis‑sħiħ attivitajiet rikreattivi li jgħinu l‑iżvilupp taż‑żgħażagħ u l‑bini tal‑komunità, hija kontra l‑użu ta’ sustanzi psikoattiva u/jew ta’ ħsara, legali jew illegali… Kompli aqra »

Position Paper dwar il-Liġi tal-Ugwaljanza

The Church is one among several organisations that have a stake in what the Equality Law shall be requiring for the implementation of equality across practically all areas of social life. It has focused on matters that are very closely related to its mission, because it believes that religious freedom, as a universal human right, should not be unduly restrained as a result of an inadequate understanding of the principle of equality… Kompli aqra »

Opportunità biex nġeddu l-fiduċja fil-Proġett Ewropew

L-Arċisqof jippreżenta lill-Gvern ta' Malta rapport tal-Knisja fuq il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE

  • Click here to download the Reflections of the Church in Malta for Malta’s Presidency of the Council of the EU.

    “Malta’s Presidency of the Council of the European Union offers our nation the opportunity to give a strong impetus to revitalizing faith in the European project. We augur that Malta will continue to consolidate and implement the values of human dignity, democracy, human rights, justice, solidarity and the rule of law cherished by the founding fathers of the European Union, in the areas of the six priorities adopted for its Presidency: migration, security, the single market, social inclusion, neighbourhood policy and the maritime sector.”

    This was the message conveyed by the Archbishop of Malta, Mgr Charles J…

  • Kompli aqra »

Il-Knisja turi tħassib dwar ċerti proviżjonijiet tal-Att dwar l-Ugwaljanza

Ottubru 2016

  • “Il‑Knisja hi kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni u għal din ir‑raġuni tappoġġja d‑Direttivi tal‑UE li jippromwovu l‑ugwaljanza u li jipprojbixxu diskriminazzjoni, li l‑Gvern qed iressaqhom flimkien fl‑Att dwar l‑Ugwaljanza.” L‑Arċisqof Charles J. Scicluna għamel dan il‑kumment waqt laqgħa mal‑Ministru Helena Dalli meta ppreżentalha kopja tal‑Position Paper ippreparata għall‑Knisja dwar l‑Att dwar l‑Ugwaljanza.

    L‑Arċisqof Scicluna laqa’ l‑għan ewlieni tal‑Gvern li jiddefendi d‑dinjità ta’ kull persuna kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni…

  • Kompli aqra »

Position Paper dwar il-Liġi dwar it-Terapija ta’ Konverżjoni

Frar 2016

  • Il-liġi li qed tiġi proposta dwar l-affermazzjoni tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru, tidher li qed tfittex li tħares kategorija ta’ persuni li jistgħu jsibuha diffiċli u ta’ tbatija li jifhmu l-kundizzjoni tagħhom bħala differenti minn dik ta’ persuni tamparhom jew mill-bqija tal-popolazzjoni. Analiżi tal-proviżjonijiet tal-Abbozz ta’ Liġi, madankollu, turi li fil-prattika kulħadd se jiġi ostakolat minn aċċess liberu għal gwida, parir u kull għajnuna terapewtika professjonali li jistgħu jkunu meqjusa u meħtieġa b’rabta mal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru ta’ dak li jkun…
  • Kompli aqra »

Dokument ta’ Pożizzjoni: “L-iffriżar tal-embrijuni mhux meħtieġ xjentifikament u mhux raġonevoli”

“It-tagħrif xjentifiku prevalenti u r-riżultati miksuba lokalment fit-trattament bl-IVF s’issa juru li l-introduzzjoni tal-iffriżar tal-embrijuni f’Malta la hu meħtieġ xjentifikament u lanqas huwa raġonevoli.”

Din hija waħda mill-konklużjonijiet ewlenin ta’ grupp ta’ esperti fil-qasam tal-mediċina, il-liġi, il-psikoloġija, il-politika soċjali, l-istudji tal-familja, l-istudji tad-diżabbiltà, il-filosofija u t-teoloġija, imqabbda mill-Konferenza Episkopali Maltija biex jipprepara studju fuq it-tibdil li l-Gvern jidher li qed iħejji biex idaħħal fl-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (2012)… Kompli aqra »

Position Paper b’reazzjoni għall-proposti tad-dekriminaliżazzjoni tat-tkasbir tar-reliġjon u l-pornografija

Awwissu 2015

  • Position paper b’reazzjoni għall-proposti għall-emendi fil-liġijiet relatati mat-tkasbir tar-reliġjon u l-pornografija. AGĦFAS HAWN biex tniżżel id-dokument sħiħ bl-Ingliż.  Dan id-dokument ġie ppreżentat dalgħodu mill-Ariċsqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech, lill-Onor. Prim Ministru Joseph Muscat waqt laqgħa f’Kastilja. Id-dokument tħejja minn grupp ta’ esperti li twaqqaf ad hoc mill-Isqfijiet, bil-għan li jikkontribwixxi għad-diskussjoni. Executive Summary Religious belief plays an important role in society, particularly in pluralistic societies…
  • Kompli aqra »

Position paper b’reazzjoni għall-White Paper dwar id-Donazzjoni tal-Organi u t-Tessut

  • Position paper b’reazzjoni għal White Paper tal-Gvern dwar dwar id-donazzjoni tal-organi u t-tessut. AGĦFAS HAWN biex tniżżel id-dokument sħiħ. 

    Dan id-dokument tħejja minn grupp ta’ esperti mill-qasam tal-mediċina klinika, tal-psikoloġija, tal-filosofija u tat-teoloġija, li twaqqaf ad hoc mill-Konferenza Episkopali Maltija, bil-għan li l-Knisja toffri s-sehem tagħha fid-diskussjoni pubblika dwar il-White Paper dwar id-Donazzjoni tal-Organi u t-Tessut…

  • Kompli aqra »