Inqumu kontra l-biża'


  • Ilkoll konna maħsudin bil-qtil barbaru ta’ Daphne Caruana Galizia. Nikkundannaw bl-iżjed mod kategoriku l-qtil ta’ persuna, hi min hi u irrispettivament wieħed x’jaħseb dwarha. Il-mewt tas-Sinjura Caruana Galizia hija disfatta għal pajjiżna.

    F’dan il-mument kritiku għandna bżonn nuru solidarjetà mal-ġurnalisti kollha tagħna, u nitolbuhom ma jkunux skjavi ta’ min iħallashom imma qaddejja tal-libertà u tal-verità. Aħna, il-poplu, għandna bżonn is-servizz tal-ġurnalisti biex nibqgħu poplu ħieles. L-investigazzjonijiet tagħhom iridu jsiru fid-dawl tal-verità għax il-lealtà tagħhom għandha tkun fit-tfittxija tal-ġid komuni u l-prinċipji tal-Kostituzzjoni u tar-Repubblika ta’ Malta.

    Dan mhux żmien li nisktu għax imwerwrin, imma żmien li nqumu kontra dawk li qed jippruvaw iwerwruna.

    Adattat minn artiklu tal-Arċisqof Charles J. Scicluna. Agħfas hawn biex taqra l-artiklu.